The coat of arms featuring a standing bale of wheat with two scythes above it


  English
Sannat Local Council
  
  
Merħba fil-Website
tal-Kunsill Lokali Għaxaq



  Stqarrija tal-Missjoni tagħna:


Li niġu meqjusa bħala mudell għall-Kunsilli Lokali l-oħra bl'iżvilupp tal-kunċetti ta' Gvern Lokali.

Li nkomplu niżviluppaw il-qasam edukattiv, kulturali u infrastrutturali biex nilqgħu l-ħtiġijiet tar-residenti tagħna.

Li nħaddmu b'galbu l-finanzi tagħna pprovduti lilna mill-Gvern Ċentrali.

Li naħdmu flimkien mar-residenti biex Ħal Għaxaq ikun aħjar.

Li nimpemjaw ħidmietna wkoll fil-qasam ambjentali fl-aspetti varji tiegħu.

  L-għan


Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi l-Kunsill Lokali Għaxaq jkompli jaħdem b'risq ir-residenti tagħna b'taħditiet ma' Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern biex iwettqu dak kollu li jeħtieġ biex l-infrastruttura fir-raħal tagħna titjieb. Inżidu l-isforżi tagħna biex nedukaw lir-residenti b'organizzazzjoni ta' korsijiet f'dawk is-suġġetti meħtieġa għall-iŻvilupp tal-moħħ u billi nissalvagwardjaw il-kultura u t-tradizzjonijiet tar-raħal tagħna.

  Responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali


Ir-Responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali Maltin joħorġu ċari mill-istess liġi li waqfet il-Kunsill Lokali eżattament il-Liġi XV ta' l-1993. Dawn il-funzjonijiet qegħdin fl-artikli 33 u 34 ta' l-istess liġi li hawn qegħdin nirriproduċuhom.

Funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali:

33.
(1) Bla ħsara għas-subartiklu (2) ta' dan l-artikolu u għad-dispożizzjonijiet ta' kull ligi oħra li tkun isseħħ fiż-żmien, il-funzjonijiet ta' kull Kunsill Lokali jkunu:

(a) li jipprovdi biex tinżamm fi stat tajjeb u għall-manutenzjoni ta', jew titjib fi, kull triq jew mogħdija, li ma tkunx propjeta' privata; iżda l-manutenzjoni għar-rigward ta' xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha.

(b) li jipprovdi għall-ġbir u ġarr ta' żibel minn kull post pubbliku jew privat, għaż-żamma ta' l-indafa u biex isiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni tal-latrini kollha, laned taż-żibel u reċipjenti oħra għad-depożitu temporanju u ġarr ta' żibel, u tara li dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

(c) li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta' playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi u ċentri oħra, ta' sport, kultura jew divertiment ieħor, u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

(d) li jipprovdi u jżomm fi stat tajjeb sinjali tat-toroq u marki tat-toroq xierqa, skond livelli nazzjonali u internazzjonali, li jistabbilixxi u jżomm fi stat tajjeb postijiet għan-nies bil-mixi u għall-ipparkjar u biex jipprovdi għall-ħarsien tat-tfal ta' l-iskola qrib l-iskejjel;

(e) biex jipproponi lil u, meta applikabbli, ikun konsultat minn kull awtorita' kompetenti qabel ma l-awtorita' kompetenti tagħmel xi tibdil fi skemi ta' traffiku li jolqtu direttament il-lokalita;

(f) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lil kull awtorita' kompetenti għal jew dwar xi skema ta' ppjanar jew bini u li jieħu sehem sħiħ f' kull deċiżjonijiet dwar l-għoti jew l-għoti mill-ġdid ta' ismijet lit-toroq;

(g) fil-konfini ta' kull pjan nazzjonali, li joħrog linji ta' gwida li għandhom jitħarsu biex tinżamm fi stat tajjeb, tkun restawrata, disinjata jew mibdula l-faċċata ta' kull bini jew bini ieħor jew kull parti minn bini li normalment tkun tidher mit-triq u l-materjal użat, reklami u faċċati ta' ħwienet, u fil-każ ta' bini miftuħ għall-pubbliku, tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għall-kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti.

(h) li jgħin liċ-ċittadini billi jipprovdi, meta applikabbli flimkien ma' xi awtorita' kompetenti, tagħrif dwar il-jeddijiet taċ-ċittadini b' mod ġenerali, magħdud tagħrif dwar jeddijiet tal-konsumatur, trasport, komunikazzjoni, faċilitajiet ta' turizmu, taxxi, sigurta' soċjali, saħħa pubblika u ħwejjeġ oħra ta' siwi u interess pubbliku.

(i) u, meta dan ikun japplika, li jkun ikkonsultat minn kull awtorita' li jkollha s-setgħa li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir-residenti li jkun responsabbli għalihom;

(j) bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma' kull awtorita' kompetenti, għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta' creches, kindergartens u servizzi oħra jew bini ieħor edukattiv;

(k) bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma' kull awtorita' kompetenti għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta' ċentri tas-saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern, uffiċċji distrettwali tas-saħħa u djar għall-anzjani;

(l) li jipproponi lill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni, persuni biex jinħatru bħala presidenti ta' Kunsilli ta' skejjel primarji;

(m) li jagħmel ftehim ma' kull korp pubbliku jew Dipartiment tal-Gvern għad-delega lill-Kunsill ta' xi wħud mill-funzjonijiet ta' dak il-korp pubbliku jew Dipartiment:

Iżda kull delega bħal dik tibda sseħħ biss wara li l-Ministru jkun għamel ordni dwar dan fil-Gazzetta;

(n) li jaqdi kull funzjoni oħra li tkun delegata lilu mill-Gvern permezz tal-Ministru bil-pubblikazzjoni ta' ordni fil-Gazzetta;

(o) li jipprovdi għal dawk ix-xogħlijiet, oġġetti, ħwejjeġ u servizzi l-oħra kollha li m'humiex eskluzi mill-kompetenza ta' Kunsill b' xi liġi li tkun fi żmien is-seħħ u li ma jkunux mogħtija lil xi awtorita oħra.

(2) Toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta' Struttura, monumenti nazzjonali, parks jew ġonna nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti u territorji oħra nazzjonali, stabbilimenti, bini u oġġetti oħra mnizzla fir-Raba Skeda li tinsab ma' dan l-Att ħlief kif provdut skond il-paragrafu (m) jew (n) tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.

Kunsill jagħmel bye-laws

34.
Kunsill jista' jagħmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u sabiex iħares u jnaqqas inkonvenjenzi fil-lokalita' tiegħu.

Itla 'l fuq

Sannat_Local_Council
l-istemma tal-kunsill
  L-istemma ta’ Ħal Għaxaq hija tlett faxxi ħodor fuq bażi tal-fidda.L-istrixxi ħodor huma marbuta mal-kampanja li għandna fir-raħal tagħna.  
Sannat_Local_Council
Sannat_Local_Council
| (c) Drittijiet - 2004 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.