Fir-raħal tagħna għandna diversi għaqdiet li qegħdin jagħtu servizz lir-residenti Għaxqin.
Għandna għaqdiet kemm Kulturali, Sportivi, Politiċi u Ekkleżjali.
Kull waħda minn dawn l-għaqdiet toffri servizzi kemm lill-imsebħin tagħha u kemm lir-residenti l-oħra b'mod ġenerali.
Kull membru ta' kull għaqda joffri s-servizz tiegħu fuq bażi voluntarja u għalhekk dak li wieħed jagħmel fl'għaqda tiegħu, jagħmlu għax jemmen fih u mhux għal qliegħ tal-flus. Anzi ħafna drabi joħroġ il-flus mil-but.
F'din is-sezzjoni se naraw l-iskop ta' kull għaqda, minn jiffurmaha u kif wieħed jista jagħmel kuntatt magħha.